Lokali

Illum jingħata bidu għall-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali

Illum waranofsinhar se jingħata bidu għall-għadd tal-voti tal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.  Il-proċess mistenni jibda għall-ħabta tas-2pm fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, fejn se jingħaddu l-ewwel grupp ta’ 23 lokalità, 18 f’Malta u 5 f’Għawdex.

Il-lokalitajiet huma Birżebbuġa, San Ġiljan, Ħal Tarxien, l-Iklin, iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, Ta’ Xbiex, Santa Venera, Għajnsielem, il-Mellieħa, Pembroke, iż-Żejtun, l-Imqabba, il-Belt Valletta, il-Qrendi, Ħaż-Żebbuġ (Malta), in-Nadur, il-Marsa, il-Fontana, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, l-Għasri, u x-Xewkija.

Mis-2 sal-4.30 se jinfetħu l-kaxxi ta’ dawn it-23 lokalitajiet, biex imbagħad mill-4.30 ‘il quddiem jibdew jinkixfu l-voti. L-ewwel indikazzjoni tal-kandidati eletti jibdew ħerġin illejla stess.

Il-Ħamis imbagħad jingħaddu l-voti tal-Fgura, Marsaskala, Tas-Sliema, ir-Rabat (Malta), Birkirkara, Ħal Lija, ir-Rabat (Għawdex), Marsaxlokk, l-Imsida, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, l-Imġarr, Raħal Ġdid, il-Gudja, Ħal Għaxaq, l-Għarb, Bormla, ix-Xagħra, Ta’ Sannat u Tal-Pietà.

Filwaqt li l-Ġimgħa jingħaddu l-voti tas-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Mosta, il-Floriana, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, San Lawrenz, ix-Xagħjra, Ħal Safi, il-Munxar, il-Birgu, il-Qala, Ta’ Kerċem u ż-Żebbuġ (Għawdex).