Lokali

In-Nutara l-ġodda jingħataw il-warrant

Grupp ta’ gradwati ngħataw il-warrant biex jibdew iservu bħala Nutara.

F’diskorsi tal-okkażjoni, huma ngħataw il-parir biex jibbażaw il-ħidma tagħhom fuq il-fiduċja, ir-responsabbiltà u l-organizzazzjoni bejnhom u bejn il-klijenti.

Kien innutat li n-Nutar hu f’kuntatt dirett anke mal-qraba tal-klijenti, bħal fil-każ ta’ mewt u l-proċeduri ta’ wara. Hu għalhekk importanti li dawn jaraw li jsegwu r-regoli ta’ etika.

Min-naħa l-oħra, sar l-appell lill-pubbliku biex ikollhom fiduċja fin-Nutara, filwaqt li l-ftit li jitradixxu lil din il-professjoni, għandhom jitneħħew mill-aktar fis ħalli ma ssirx ħsara lir-reputazzjoni.

Fost dawk li ngħataw il-warrant, mill-Ministru tal-Intern Owen Bonnici, kien hemm il-producer ta’ NET Television Martha Carabott.