-Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex issir bidla għall-pożittiv fil-mod kif issir il-kostruzzoni f’Malta beix din tinġieb fil-livelli ta’ pajji’i barranin fil-kuntest tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fl-kuntest tal-ambjent ġenerali fejn tkun qed issir il-kostruzzjoni.
Fil-parlment Karl Gouder qal li hawn numru ta’ nies li qed imutu jew ikollhom inċidenti gravi u dan qed jiżdied. Għahekk il-pajjiż irid jikkunsidra kif dan jitwaqqaf. Għalhekk l-OHSA għandha tibqa’ tingħata iktar riżorsi biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha.
L-impjegati tal-OHSA għandhom xogħol qawwi li ma jistgħux ilaħħqu miegħu. Ir-responsabbiltajiet huma kemm ta’ min iħaddem kif ukoll tal-impjegati. Hawn hawn min iħaddem li ma jiggarantixxix is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Hu tkellem ukoll dwar ir-responsabbiltajiet li għandhom il-ħaddiema u m’għandux ikun aċċettat li xi ħaddiema ma jilbsux l-ilbies protettiv li jkun provdut lilhom. L-OHSA għandha tibqa’ viċin tal-kunsilli lokali minħabba l-ammont ta’ xogħol li jkun qed isir. Il-kunsilli għandhom iservu ta’ għodod biex l-OHSA jkollha l-infomrazzjoni dwar ix-xogħlijiet li jknu qed isiru.
Karl Gouder tkellem dwar is-settur tal-kostuzzjoni u qal li hemm differenza enormi bejn il-mod jopera dan is-settur u l-prattiċi tax-xogħol minħabba fih u l-mod kif dan jitwettaq brra minn Malta. Jeħtieġ li jinbidel il-mod kif issir il-kostruzzjoni f’Malta. Jeħtieġ li jkun hemm kampanja ta’ riklamar u informazzjoni dar il-ħidma li qed tgħmel l-OHSA. Dwar l-asbestos, id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru għandha tagħti informazzjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti u l-ħidma li twettqet.
//= $special ?>