Jidher li l-għadd tal-voti fl-Għasri u l-Iklin ingħalaq. Il-kwota fil-lokalità tal-Għasri kienet ta’ 58 vot – b’kollox kien hemm 351 vot – 8 voti invalidi u 343 vot validu. Ġew eletti għall-Partit Nazzjonalista – bħala Sindku, Daniel Attard, Felice Pace Salvu u Leli Mintoff u għall-Partit Laburista żewġ kandidati.
Ftit tal-ħin ilu tlesta l-kxif tal-voti ta’ wħud mil-lokalitajiet iż-żgħar, fejn minn ħin għall-ieħor mistenni jkollna l-ewwel kandidati eletti fuq dawn il-lokalitajiet.
F’lokalitajiet oħra għadu għaddej il-proċess fejn qed jinkixfu l-voti tal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Għall-ħabta tal-5.30 il-counting assistans bdew idawru l-voti wiċċhom ‘l fuq waqt li juruhom lill-aġenti tal-Partiti. Dawn jibdew jaraw fejn marru l-preferenzi waqt li jieħdu l-kampjuni tagħhom. Eżatt wara beda l-proċess tal-iscanning.
Illum iridu jiġu eletti 155 kunsillier minn 250 kandidat għal 23 lokalità.
NET TV, NET FM u netnews.com.mt kontinwament se jkunu qed jaġġornaw b’dak li jkun għaddej fis-sala tal-għadd tal-voti.
//= $special ?>