– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li minkejja t-tkabbir ta’ diversi setturi, mhux isir l-investiemnt meħtieġ fl-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).
Fil-parlament Claudette Buttiieg qalet li għandha tingħata l-istatistika biex ikun stabbilit jekk il-barranin hux qed jingħataw l-istess protezzjoni bħall-Maltin. Hi qalet li l-multi huma essenzjali biex l-OHSA timxi żl quddiem.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet ir-rapport ta-Kummissjoni Venezja u qalet li l-OHS hi entità li għandu jkollha l-operat seperat mill-gvern għaliex din hi awtorità fundamentali għall-pajjiż. Is-soċjetà għandha bżonn awtoritajiet bħall-OHSA.
Claudette Buttigieg qalet li hu essenzjali li kull ħatra fl-Awtorità issir b’mod li tagħtix lok għal suspetti fejn ikunu maħtura persuna li jkunu qed jaħdmu biex l-Att ma jkunx aplikat kif suppost jew li jingħalqu l-għajnejn għal ċertu sitwazzjonijiet. Il-konsistenza fl-Awtorità qed tixxekkel u l-OHSA ma tistax tkun immexxija minn deputat tal-gvern għaliex jista’ jinħoloq dubju.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li m’hawnx separazzjoni tal-poter għaliex l-OHSA hi mmexxija minn membru min-naħa tal-gvern. Hi staqsiet fejn se tkun il-lealtà tal-istess Chairperson jekk jinqalgħu ċirkostanzi fejn l-OHSA tinvestiga lill-gvern.
Dan hu konflitt min-naħa tal-gvern li appunta lil Manwel Mallia bħala chairman tal-istess Awtorità. Hi staqsiet jekk Manwel Mallia għamilx dikjarazzjoni ta’ konflitt ta’ interess kif jitolbu r-regoli tal-Awtorità minħabba li fil-passat Manwel Mallia seta’ kien qed jirrappreżenta lil xi kumpanija jew anki kien qed jieħu ħlas mingħand xi kumpaniji li llum jistgħu jkunu investigati mill-OHSA. Il-Ministru Helena Dalli għandha tiddikjara jekk qattx irċeviet xi dikjarazzjoni mingħand id-deputat Laburista Manwel Mallia.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li Manwel Mallia bħala chairman tal-OHSA mhux preżenti fil-parlament biex jitkellem dwar l-OHSA għax jinsab quddiem il-Kunsill tal-Ewropa biex jiddefendi lill-gvern dwar is-saltna tad-dritt meta hu stess qed jikser dan il-kunċett. Ir-realtà hi li d-deputat Laburista Manwel Mallia se jkun qed jieħu vot dwar l-operat tiegħu stess bħala chairman tal-OHSA meta anki dan hu konflitt ċar ta’ interess. Għall-inqas id-deputat Manwel Mallia m’għandux jivvota f’dan il-vot. Dan hu konflitt ikrah u sfaċċat.
Claudette Buttigieg staqsiet fejn żdiedu n-nies fl-OHSA meta l-uniċi żidiet kienu ż-żidiet fil-paga taċ-chairman u l-impjieg ta’ żewġ persons of trust biex jaħdmu miegħu imma ma żdiedx l-istaff tant importanti. B’dawn il-flus kienu jdidaħħlu ħames spetturi ġodda fl-OHSA; nofs l-ammont li hemm illum.
Dan filwaqt li membri onorarji fuq il-bord jitħallsu daqs il-membri. Min awtorizza li dawn l-osservaturi jitħallsu? staqsiet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li fl-Att dwar ir-Radjazzjoni Nukleari mhux qed jitwettaq minkejja li għadda bħala liġi.
Dwar l-operat tal-OHSA, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-ħaddiema huma nies dedikati iżda l-OHSA għandha bżonn iktar ħaddiema. Din hi awtorità ħabrieka f’soċjetà li tirrikonoxxi l-livelli tas-saħħa u s-sigurtà u hi awtorità li tagħmel ħafna ġid fl-iskejjel. Hi semmiet ir-riskji assoċjati mal-industrija tal-kostruzzjoni u staqsiet jekk hemmx pjan li l-OHSA titneħħielha r-responsabbiltà minn din l-industrija minħabba li l-gvern qed jagħti l-impressjoni li l-OHSA m’hix se tibqa’ responabbli.
//= $special ?>