Il-preżentatur Alfred Zammit huwa s-Sindku l-ġdid tal-Belt Valletta wara li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti b’53% kontra l-l-45.9% tal-Partit Nazzjonalista.
Dan wara taqtiegħa missielta bejn l-istess Zammit u l-kandidat Laburista Ray Azzopardi.
Meta wieħed iħares lejn ir-riżultat jinduna li minkejja li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza, l-aktar li kiseb voti kien Christian Micallef, li serva bħala Sindku għal dawn l-aħħar ftit xhur wara r-riżenja tas-Sindku Alexiei Dingli – b’1,145 vot.
Dan ifisser li għal Partit Laburista telgħu eletti Alfred Zammit flimkien ma’ Ray Azzopardi, Lian Pace u Jurgen Briffa. Filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ Christian Micallef ġew eletti Mark Spiteri Lucas u Vincent Fabri.
Ta’ min wieħed jinnota li f’din il-lokalità l-Partit Demokratiku kiseb ftit aktar minn 1% tal-voti b’37 vot.
Dan filwaqt li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’maġġoranza ta’ madwar 77 vot.
Dan ifisser li minkejja li Ivan Castillo kiseb il-maġġoranza tal-voti, Dario Vella ġie elett bħala s-Sindku l-ġdid tal-Mellieħa għan-nom tal-Partit Laburista. Flimkien miegħu ġew eletti, John Francis Buttigieg, Rebecca Bartolo Cutajar, Annabella Brincat Stellini u Kurt Michael Buttigieg.
Għall-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ Ivan Castillo, ġew eletti Marvin Abela, Gabriel Micallef u Emvin Bartolo.
//= $special ?>