Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius ippropona li r-rapporti tal-Ombudsman ikunu diskussi f’wieħed mill-kumitati tal-Kamra biex b’hekk ikun garantit li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jkunu kkunsidrati.
Fl-Aġġornament tal-parlament David Agius irringrazzja lill-kandidati kollha li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew u l-kunsilli lokali. Hu qal li tlieta mis-sitt ewro-parlamentari huma nisa li kienu eletti bla kwota għax il-poplu kapaċi jagħżel.
Hu appella biex l-ewroparlamentari jaħdmu għal pajjiżna fosthom billi jiddefendu l-lingwa Maltija minħabba li m’hemmx garanzija ta’ servizz ta’ tradduzzjonijiet tad-diskorsi fil-parlament Ewropew. David Agius appella biex il-lingwa Maltija tibqa’ tintuża fil-parlament Ewropew waqt li jitħares isem Malta fosthom li ma jkunx hemm bdil fis-sistema ta’ tassazzjoni u li tkun imħarsa l-ħajja tal-bniedem.
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius kompla billi sellem lill-ex deputat David Stellini u qal li Stellini hu bniedem ġentlom li se jkompli jaħdem fil-PPE. Hu semma’ wkoll l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, li huma uffiċjali maħtura mill-parlament u qal l-Omdusman kiteb dikjarzzjonijiet li jridu jkunu kkunsidrati. L-Ombudsman qal li jeħtieġ ikun enfażizzat li numru ta’ opinjnjiet tiegħu jgħaddu lill-Ispeaker wara li l-Ombudmsan ikun irċieva reazzjoni negattiva mid-dipartiment jew awtorità.
Sal-lum l-ebda wieħed mill-każi riferuti ma kienu kkunsidrati b’mod attiv mill-Kamra u ma kien hemm ebda reazzjoni, kiteb l-Ombudsman, li kompla li jeħtieġ li s-sitwazzjoni trid tkun rimedjata minħabba li l-proċedura statutorja ta’ rimedju kontra l-inġustzzja mhix qed tkun effettiva. Dan id-diskors tal-Ombudsman ma jistax jitħalla għaddej, sostna David Agius, li appella biex jinstabu soluzzjonijiet biex fil-pajjiż issir ħidma kollettiva fil-parlament.
David Agius semma’ l-PAC u ppropona biex ix-xogħol tal-Ombudsman ikun diskuss f’kumitat parlamentari. L-Oppożizzjoni lesta taħdem mal-gvern biex id-deċiżjonijiet tal-Ombudsman ikunu mwettqa. L-Ombudsman llum qed jilqa’ lill-poplu li jmur bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li jkunu inġusti. It-tarka tal-Ombudsman trid tintuża, sostna David Agius, li qal li anki l-Ispeaker iddikjara li l-ftehim dwar ix-xogħol tal-Kamra jridu jkunu onorati biex il-gvern ma jkunx romblu minn fuq in-nies.
David Agius kompla li r-riforma kostituzzjonali għandha titwettaq b’mod pożittiv biex ikun hemm iktar poteri lill-awtoritajiet.
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius kompla li jeħtieġ tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjonijiet lokali fosthom il-protezzjoni tal-ambjent, l-indafa, li ssir kampanja ta’ edukazzjoni dwar l-ammont ta’ karti li jintbgħatu fid-djar fil-kampanji elettorali, li jitwaqqaf it-tfigħ ta’ wet wipes fis-sistema ta’ drenaġġ u li tingħata kunsiderazzjoni għax-xogħlijiet infrastrutturali li jsiru. Hu semma’ x-xogħlijietfit-toroq f’Ħal Balzan li suppost tlestew f’Settembru li għadda waqt f’Ħal Farruġ tpoġġew tankijiet tal-fuel viċin in-nies. L-istess għall-bdiewa f’Ħ’Attard fejn se tittieħed art agrikola.
David Agius qal li l-PN se jibqa’ viċin in-nies ta’ Marssacala fejn se tingħata l-pixxina lill-konsorzju Sadeen biex issir università. Hu tkellem dwar l-isport u qal li l-PN għandu 32 proposta f’dan is-settur. Il-PN se jibqa’ jitkellem b’vuċi soda dwar il-faqar fil-pajjiż, sostna David Agius.
//= $special ?>