Kif kien żvela Net News numru ta’ ġimgħat ilu, l-Awtorita’ Maltija tal-Komunikazzjoni qed tipproponi li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ikun hemm żieda fil-prezz tal-posta. Dan bħala parti minn żidiet li se jkunu maqsuma fuq darbtejn.
Il-proposta tgħid b’mod ċar li sal-aħħar ta’ Mejju il-bolol għandhom jiżdiedu minn 26ċ għal 28ċ. Imbgħad, għandu jkun hemm żieda oħra fil-prezz ta’ kull bolla, sabiex mill-bidu tas-sena d-dieħla dawn jibdew jiswew 30ċ.
Iżda din mhix l-unika żieda. Posta li tiżen aktar minn 50g għandha tiżdied minn 42ċ għal 48ċ. Posta li taqbeż il-100g għandha tiżdied minn 62ċ għal 68ċ. Posta li taqbeż il-150g għandha tiżdied minn 82ċ għal €1.45ċ. Dawn huma kollha prezzijiet li se jidħlu fl-ewwel fażi, imbgħad jerġa’ jkun hemm żieda oħra fl-aħħar ta’ din is-sena.
Fil-bidu ta’ dan ix-xahar konna żvelajna li ż-żidiet proposti kienu jiddependu minn deċiżjoni tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, bil-Maltapost tiddikjara li ilha snin tagħmel it-telf minħabba żidiet fl-ispejjeż relatati mal-impjegati u fatturi oħra bħall-inflazzjoni. Issa, din id-deċiżjoni tal-Awtorita’ ġiet komunikata b’mod uffiċjali, u allura kollox jindika li ż-żidiet se jidħlu fis-seħħ b’mod immedjat.
//= $special ?>