Sport Sport Ieħor

Ġurnata negattiva għal Malta

TABLE TENNIS

Tliet telfiet għal Malta

It-tieni ġurnata għat-table tennis kienet negattiva hekk kif it-tim tan-nisa sofra tliet telfiet. Huma tilfu 3-1 kontra Monaco hekk kif wara li Viktoria Lucenkova rebħet il-logħba tagħha, Monaco ġabu d-draw meta Xiaoxin Yang rebħet kontra Anthea Cutajar. Monaco rebħu d-doubles, b’Yang tagħlaq il-logħba b’rebħa fuq Lucenkova.

It-tim Malti tilef kontra l-Montenegro 3-2 fit-tieni logħba. Sasha Genovese tilfet kontra Ivona Petric iżda Viktoria Lucenkova rebħet kontra Culafic. Lucenkova u Cutajar tilfu d-doubles missielta iżda Lucenkova ġabet id-draw meta rebħet kontra Petric. Madankollu Snezana Culafic rebħet kontra Genovese.

It-tim tal-irġiel ukoll sofra telfa kontra l-Lussemburgu. Andrew Gambina tilef kontra Eric Marc Glod u Daniel Bajada kien megħlub minn Calin Ciociu. Ir-rebħa deċiżiva waslet minn Eric Glod u Calin Ciociu rebħu kontra Daniel Bajada u Gabriel Grixti.