F’dawn l-aħħar sigħat, grupp ta’ 75 immigrant iddaħħal f’pajjiżna wara ħidma mill-AFM. Is-salvataġġ sar bl-użu tal-patrolboat P22.
Fl-istess waqt, anke l-qawwiet Taljani salvaw numru ta’ immigranti li ddaħħlu f’Lampedusa.
Din hija t-tieni wasla ta’ immigranti f’temp ta’ erbat ijiem hekk kif is-Sibt iddaħħlu Malta 216 immigrant, li l-maġġoranza tagħhom kienu ġejjin mis-Sudan.
//= $special ?>