Il-band Brikkuni, waħda mill-aktar bands Maltin rinomati ħarġet kanzunetta ġdida bl-isem Aħfirli Missier għax se nerġa’.
Din il-kanzunetta għandha tagħmel parti mir-raba’ album ta’ Brikkuni li se jkun iġib l-isem ta’ Il-Ħajja. Il-Mewt, In-Nisa li għandu jitnieda s-sena d-dieħla.
Din il-kanzunetta ddur mal-kantant Mario Vella u r-relazzjoni tiegħu ma’ missieru, li ħalla lil din id-dinja f’Novembru li għadda.
Ian Schranz u Nick Theuma ddiriġew il-filmat tal-kanzunetta.
//= $special ?>