Sport

GSSE 2019: Diżappunt għall-irġiel u n-nisa fil-basketball

MALTA………………… 79 LUSSEMBURGU….. 94

(11-25, 19-20, 28-26, 21-23)

It-tim tal-irġiel sofra t-tieni telfa konsekuttiva hekk kif din id-darba kienu megħluba 79-94 mil-Lussemburgu u b’hekk prattikament huma barra miċ-ċans li jitilgħu fuq il-podju. It-tim Malti kellu l-ewwel perjodu negattiv li fih il-Lussemburgu fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt li qatt ma kien irkuprat.

Għal darba oħra, it-tim Malti kien batut fil-konklużjonijiet hekk kif saru biss 27% tat-three pointers. Aaron Falzon reġa’ kien l-aħjar skorer b’19-il punt filwaqt li ħuh Tevin Falzon temm bi 17-il punt.

Malta: R. Vella, D. Bugeja (4), N. Kahler (3), C. Patus (10), P. Shoults (8), N. Xuereb (6), T. Falzon (17), A. Felice Pace, A. Falzon (19), K. Cassar (8), S. Deguara (4)

MALTA…………………… 40 MONTENEGRO……… 86

(21-14, 18-11, 28-9, 17-6)

Il-qawwa tal-Montenegro kienet wisq għan-nisa Maltin, minkejja li t-tim Malti kiseb vantaġġ ta’ ħames punti kmieni fil-logħba, b’Montenegro għalqu l-ewwel perjodu 21-14. Il-Montenegrini komplew ikabbru l-vantaġġ qabel il-mistrieħ, distakk li kiber gradwalment tul il-logħba.

Malta: S. De Martino (8), A. van Vliet (10), P. Arguello (9), A. Simmons (6), S. Abela (3), S. Pace, K. Galea, S. Brincat, M. Bonett, M. Borg, G. Mifsud (2), C. Curmi (2)