Sport

GSSE 2019: L-akbar sodisfazzjon hu meta tisma’ l-innu Malti – Eleanor Bezzina

Eleanor Bezzina friska mis-suċċess tagħha fl-10 metri Air Pistol tkellmet dwar xi jfisser għaliha li tirbaħ midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. “Hu importanti meta ġġib unur kemm għalik personali kif ukoll għall-klabb, il-federazzjoni u għal Malta. L-akbar sodisfazzjon minn dan kollu hu meta tisma’ l-innu Malti.”

Parti importanti mill-air pistol hi l-konċentrazzjoni. Bezzina qalet li “f’dan l-isport wieħed ma tridx taħseb fil-passat jew fil-futur imma trid tgħix il-mument li hu l-aktar parti diffiċli.” Hi sostniet li waqt il-logħba trid tikkanċella dak li jkun sar ħażin qabel u kompliet li lanqas fix-shot li jmiss iżda fil-mument, bit-tiratriċi tammetti li hu aktar faċli tgħidha milli tagħmilha.