Sport

GSSE 2019: Żewġ telfiet għat-tim Malti tal-judo

It-tim Malti tal-judo naqas li jikseb midalja hekk kif tilef iż-żewġ konfronti. L-ewwel kienu megħluba 2-1 mill-judokas ta’ Liechtenstein. Fil-kategorija taħt is-66 kilo, Jeremy Saywell għeleb lil Tristan Elias Frei iżda Clive Camilleri tilef fil-logħba taħt il-81 kilo kontra Maximilian Mehser. Fil-logħba deċiżiva taħt il-100 kilo, Isaac Bezzina kien megħlub minn Raphael Joel Schwendinger.

L-istess ġara fir-repechage, hekk kif Saywell għeleb lil Tom Schmit. Iżda Clive Camilleri u Isaac Bezzina kienu megħluba minn Claudio Nunes dos Santos u Denis Barboni rispettivament, għal telfa oħra ta’ 2-1. B’hekk intemmew l-impenji ta’ Malta fil-judo, b’midalja tal-fidda miksuba minn Jeremy Saywell fil-kategorija ta’ taħt is-66 kilo.