Futbol Sport

Hazard jikkontribwixxi fir-rebħa kbira li Chelsea kellhom Europa League wara wirja kbira fit-tieni taqsima

Eden Hazard, li x’aktarx kien qed jilgħab l-aħħar partita għal Chelsea biex jingħaqad ma’ Real Madrid wera xi jsarraf wara li hu, b’mod partikolari, u sħaba kellhom wirja kbira fit-tieni taqsimabiex Chelsea jirbħu l-UEFA Europa League.

Fil-finali kollha Ingliża huma għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 4-1. Id-derby ta’ Londra bejn żewġ timijiet mill-kampjonat Premier Ingliż . L-ewwe taqsima kienet kwieta, anke jekk l-ewwel azzjoni denja ta’ nota seħħet mad-disa’ minuta għal Arsenal meta wara kross mil-lemin ta’ Maitland Niles, il-keeper Kepa ippanċja bil-ballun jasal għand Aubameyang li b’xutt bil-baxx xeħet barra.

Fis-17-il minuta, l-attakkant tal-Gunners Lacazette deher jaqa’ fil-kaxxa f’kuntrast ma’ Kepa iżda r-referee injora l-protesti. Arsenal bdew ikunu tajbin fl-azzjonijiet tagħhom u fis-27 minuta xutt verament tajjeb ta’ Granit Xhaka minn barra l-kaxxa xxellef mal-lasta l-mimduda qabel ma’ spiċċa barra.

Chelsea bdew joqgħodu aktar ma beda’ jgħaddi l-ħin u fit-33 minuta, xutt ta’ Emerson ġie salvat minn Petr Cech. Ħames minuti wara Cech reġa’ kien attent meta salva xutt ta’ Giroud. Bl-ewwel taqsima li ddiżappuntat xi ftit tispiċċa fi draw.

Chelsea ħarġu tajjeb u marru fil-vantaġġ fid-49 minuta meta kien kross tajjeb ta’ Emerson li sab lill-ex attakkant ta’ Arsenal Olivier Giroud, li bir-ras għeleb lil Cech. Att sportiv minn Giroud li ma ferħax.

It-tim ta’ Sarri ma damx ma rduppja l-iskor mas-siegħa logħob meta kien Eden Hazard li avvanza mix-xellug u qassam preċiż lejn Pedro li b’xutt fil-baxx għar-rokna għamilhom 2-0.

Il-logħba tiħrax b’Arsenal ma jkollhom l-ebda risposta meta fit-63 minuta Chelsea ingħataw penalty wara li Maitland-Niles waqqa’ lil Giroud fil-kaxxa. Ir-referee saffar għall-penalty, li ġie skorjat minn Eden Hazard.

Arsenal reġgħu daħlu fil-partita fid-69 minuta meta s-sostitut Alex Iwobi sab il-ballun ma’ saqajh u b’xutt miod-distanza u sabiħ għeleb lil Kepa. Pero l-Blues baqgħu konċentrati u skorjaw ir-raba’ gowl fit-72 minuta meta kien Giroud li qassam ferm tajjeb lil Eden Hazard li mingħajr ma qagħad jaħsibha tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fid-79 minuta kien Azpilicueta għal Chelsea li ra t-tentattiv tiegħu jispiċċa ftit barra. Sa fl-aħħar setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Chelsea eżatt mat-tisfira tar-referi li laħqu l-qofol tagħhom hekk kif il-captain Cesar Azpilicueta għolla t-tazza.