Il-Partit Nazzjonalista reġa’ ġie kkonfermat bħala l-partit numru wieħed fil-lokalità ta’ Tas-Sliema hekk kif mhux tali żamm il-maġġoranza, iżda saħansitra saħħaħha b’5% meta ċ-ċifri ġew mqabbla mal-aħħar elezzjoni tal-2013.
Anthony Chircop ġie konfermat Sindku għal-lokalità Slimiża filwaqt li Graziella Attard Previ ġiet eletta Viċi Sindku. Flimkien magħhom ġew eletti John Pillow, Anthony Debono, Pierre Portelli, Vivien Galea Pace, Paul Radmilli, Leli Borg, David Soler u Kevin Wain.
Sadanittant il-PN żamm il-maġġoranza wkoll fil-lokalità tal-Imġarr hekk kif Paul Vella ġie konfermat bħala Sindku tal-lokalità fejn flimkien miegħu ġew eletti wkoll Wistin Vella kif ukoll Odette Muscat.
//= $special ?>