Għall-ħabta tas-2pm beda l-proċess tal-għadd tal-voti tal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, fejn illum se jingħaddu t-tieni grupp ta’ 21 lokalità, 17 f’Malta u 4 f’Għawdex. Għall-ħabta tal-5.30 bdew jinkixfu l-voti kollha fejn imbagħad wara jibda l-proċess tal-iscanning.
Il-lokalitajiet huma l-Fgura, Marsaskala, Tas-Sliema, ir-Rabat (Malta), Birkirkara, Ħal Lija, ir-Rabat (Għawdex), Marsaxlokk, l-Imsida, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, l-Imġarr, Raħal Ġdid, il-Gudja, Ħal Għaxaq, l-Għarb, Bormla, ix-Xagħra, Ta’ Sannat u Tal-Pietà.
Għada mbagħad jingħaddu l-voti tas-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Mosta, il-Floriana, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, San Lawrenz, ix-Xagħjra, Ħal Safi, il-Munxar, il-Birgu, il-Qala, Ta’ Kerċem u ż-Żebbuġ (Għawdex).
netnews.com.mt se jkun qed jaġġornakom b’dak kollu li se jkun qed jiġri fin-Naxxar filwaqt li se jsiru wkoll kollegamenti spissi fuq NET TV u NET FM.
//= $special ?>