BASKETBALL
MALTA……………… 72
MONACO………….. 52
(15-14, 21-13, 17-12, 19-13)
It-tim nazzjonali Malti tan-nisa patta għat-telfa diżappuntanti kontra l-Iżlanda meta kiseb rebħa meritata ta’ 72-52 kontra Monaco. Il-wirja għat-tim ta’ Angela Adamoli kienet kollettiva iżda fosthom spikkaw fost l-aktar plejers determinanti.
Stephanie de Martino reġgħet spiċċat l-aqwa skorer tat-tim Malti din id-darba b’20 punt filwaqt li kienet tajba fir-rebounds. Patricia Arguello tjiebet mill-aħħar logħba u kienet importanti biex iżżomm il-vantaġġ Malti wara rimonta tal-avversarji tard fil-logħba. Jekk Arguello spikkat fl-aħħar parti, Amelia Simmons kisbet 15-il punt iżda spikkat aktar fl-ewwel parti tal-logħba.
Malta marret minn fuq għall-ewwel darba wara ftit minuti bi three pointer ta’ Sophie Abela li għamlet l-iskor 9-6. Monaco ġabet id-draw 10-10 iżda t-tim Malti rnexxielu jtemm l-ewwel sessjoni 15-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, in-nisa Maltin bdew jiddominaw taħt il-boards u saħansitra kabbru l-vantaġġ għal 21-13.
Wara l-mistrieħ l-vantaġġ kompla jikber u saħansitra f’mument minnhom kien 17-il punt. Għalkemm l-avversarji pruvaw jibqgħu fil-logħba u naqqsu d-distakk għal 10 punti, il-plejers Maltin bdew l-aħħar perjodu b’vantaġġ tajjeb ta’ 53-39.
Kienet mistennija reazzjoni minn Monaco iżda minkejja l-isforzi tagħhom, il-plejers Maltin baqgħu sodi taħt il-boards biex qatlu l-logħba b’ħames punti ta’ Arguello għal rebħa b’distakk ta’ 20 punt.
Malta: S. Abela (5), P. Arguello (10), M. Bonett, M. Borg, S. Brincat (2), C. Curmi (3), S. de Martino (20), K. Galea, G. Mifsud (1), S. Pace (5), A. Simmons (15), A. van Vleight (6)