Lokali Qorti

Jinżamm arrestat: akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taħt l-età

Dalgħodu, quddiem il-Maġistrat Brigitte Spiteri tressaq il-Qorti ta’ Għawdex raġel ta’ 18-il sena mir-Renju Unit residenti ir-Rabat, Għawdex.

Huwa ġie akkużat li fil-25 ta’ Mejju ta’ din is-sena fir-Rabat Għawdex, ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taħt is-sittax-il sena.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri u Joseph Busuttil.