Sport Sport Ieħor

Rebħa għan-nisa u telfa għall-irġiel

BEACH VOLLEY

Wara żewġ telfiet fl-ewwel ġurnata, it-tim tan-nisa kiseb l-ewwel rebħa meta l-koppja magħmula minn Melissa Sue Cheviron u Dominika Dwomiczak rebħu kontra l-Lussemburgu 21-19 u 21-17. Huma jilagħbu llum kontra l-Montenegro u l-aħħar logħba tar-rawnd kontra Ċipru, b’ċans minimu li tintrebaħ il-midalja tal-bronż.

Fl-irġiel, Manuel Raffa u Roberto Balzan tilfu 2-0 kontra l-Lussemburgu 21-15 u 21-15. Il-Maltin qatt ma kienu fil-vantaġġ u ma kinux fl-istess forma bħal meta għelbu lil Montenegro. Huma jkunu fl-azzjoni llum kontra Monaco u jekk jirbħu jilagħbu fis-semifinali.