L-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola għamlet rapport lill-Pulizija wara li f’post fuq Facebook irċeviet twissija li hi tista’ tispiċċa bħal Daphne Caruana Galizia.
Fuq facebook Josef Farrugia kiteb hekk: “Oqgħod attent għax bħal Galizia se tispiċċa”. Huwa kiteb dan il-kliem taħt artiklu mtella’ minn one.com.mt.

F’inċident simili li seħħ fl-aħħar sena, raġel ta’ 66 sena ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena minħabba kumment li kiteb fuq facebook fejn kien qal li Roberta Metsola għandha tiġi maħruqa ħajja.
//= $special ?>