Sport Sport Ieħor

Tnejn fidda u tnejn bronż fl-għawm fit-tieni ġurnata

Alexandra McGonigle kisbet il-midalja tal-fidda fil-50 metru breastroke b’ħin ta’ 33.91, b’Amy Micallef tispiċċa r-raba’ fl-istess tellieqa. Mikhail Umnov rebaħ il-midalja tal-bronż fil-100 metru butterfly b’ħin ta’ 56.07 sekonda.

It-tim tal-irġiel rebaħ il-fidda fil-4×200 metru freestyle b’ħin ta’ 7:46.32. Andrew Chetcuti, Harry Stacy, Matthew Galea u Dylan Cachia ffurmaw it-tim. Midalja tal-bronż ukoll fil-4×200 metru freestyle. It-tim magħmul minn Mya Azzopardi, Michee van Rooyen, Sasha Gatt u Francesca Falzon Young waqqaf l-arloġġ f’8:32.44.

Michael Stafrace spiċċat fis-seba’ post fil-50 metru breastroke tal-irġiel b’ħin ta’ 29.90 sekonda. Thomas Wareing temm fit-tmien post fil-100 metru backstroke iżda għamel l-aħjar ħin personali ta’ 59.74, riżultat li fisser rekord nazzjonali li kien għamel hu stess f’Ġunju li għadda.

Sacha Gatt temmet il-ħames overall wara li rebħet il-heat tagħha u marret viċin l-aħjar ħin personali meta waqqfet l-arloġġ f’4:34.21. Dylan Cachia spiċċa fis-seba’ post fl-400 metru freestyle tal-irġiel b’ħin ta’ 4:11.97.

Martina Valletta għamlet l-aħjar ħin personali f’1:07.80 iżda spiċċat fid-disa’ post overall fil-100 metru butterfly. Diżappunt għal Amy Micallef li temmet fil-ħames post f’2:40.55 fil-200 metru backstroke, b’Alexandra McGonigle tagħmel ħin ta’ 2:46.28.
(Mix-xellug: Dylan Cachia, Harry Stacy, Matthew Galea, Andrew Chetcuti fuq il-podju)