Lokali

Ħaddiem iweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Ħaddiem sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu fi Triq il-Qalb Imqaddsa, San Ġiljan.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 23 sena residenti l-Imsida sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.