Sport

GSSE 2019: Ebda ċans ta’ midalja fit-table tennis

It-table tennis mhux se joffri midalja f’din l-edizzjoni hekk kif Viktoria Lucenkova u Daniel Bajada kienu eliminati fil-kwarti tal-finali fil-kompetizzjonijiet individwali. Daniel Bajada rebaħ 3-0 kontra Magnus Gauti Ulfarsson tal-Iżlanda, tilef 3-0 kontra Anthony Geminiani ta’ Monaco u għeleb lil Federico Girardi ta’ San Marino 3-0. Hu għadda għall-kwarti tal-finali iżda kienu megħlub 3-0 minn Anthony Peretti ta’ Monaco.

Viktoria Lucenkova wkoll ikkwalifikat mal-aħħar tmienja iżda kienet eliminata. Hi tilfet 3-2 kontra avversarja mil-Lussemburgu iżda rkuprat biex rebħet 3-0 kontra Konstantina Meletie ta’ Ċipru u 3-1 kontra Chiara Morri ta’ San Marino. Mal-aħħar tmienja, Lucenkova tilfet kontra Xiaoxin Yang ta’ Monaco 3-1.

Sascha Genovese rebħet 3-1 kontra Aldis Larusdottir tal-Iżlanda iżda tilfet 3-0 kontra Smezana Culafic tal-Montenegro u bl-istess skor tilfet kontra Louiza Kourea ta’ Ċipru biex kienet eliminata. Gabriel Grixti kien eliminat ukoll wara telfa ta’ 3-1 kontra Giles Michely ta’ Lussemburgu u reġa’ tilef 3-1 kontra Felip Radovic ta’ Montenegro biex kien eliminat.