Il-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Munxar wara li għal dawn l-aħħar ħames snin kien taħt tmexxija tal-Partit Laburista.
Dan il-Kunsill intrebaħ mill-Partit Nazzjonalista permezz ta’ 52% tal-voti mixħuta.
Is-Sindku l-ġdid huwa ż-żagħżugħ ta’ 23 sena, Damien Spiteri, fejn flimkien miegħu ġew eletti wkoll Carmela Parnis u Mark Anthony Busuttil.
Dan filwaqt li l-PN żamm ukoll il-maġġoranza f’Ta’ Kerċem u San Lawrenz.
//= $special ?>

