Ikomplu d-direttivi li ġew ordnati mill-UĦM Voice of the Workers hekk kif qed jisħqu li l-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mhumiex jieħdu l-vacation leave annwali kif hu dritt tagħhom.
Jidher li l-UĦM qiegħda tiġġieled għall-ħaddiema hekk kif ix-xogħol tal-care support workers qiegħed kontinwament jiżdied, bin-numru tal-ħaddiema baqa’ l-istess.
Il-UĦM Voice of the Workers qalet li kienet tgħat suġġeriment għal soluzzjoni temporanja, dik li jingħataw l-overtime iżda l-kumpanija Stewart Health Care ma qablitx li dawn is-sigħat żejda jingħataw lill-ħaddiema tal-kuntrattur.
//= $special ?>