Il-mexxej tal-Korea Ta’ Fuq Kim Jong Un ordna l-eżekuzzjoni ta’ uffiċċjali għolja tiegħu wara l-falliment tat-tieni summit tiegħu mal-President Amerikan Donald Trump.
Is-Summit li seħħ fi Frar li għadda kien falla wara nuqqas ta’ qbil dwar sanzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Jidher li Kim Jong Un ordna l-eżekuzzjoni ta’ Kim Hyok Choi u uffiċċjali għolja oħra involuti fis-summit li kien sar f’Hanoi. Huma inqatlu f’Marzu li għadda u jidher li dan seħħ bħala parti minn hekk imsejħa tindifa fi Pyongyang.
Skont il-ġurnal tal-Korea T’Isfel Choson Ilbo, il-qtil seħħ biex jiddevja l-attenzjoni mid-diżgwid intern fil-Korea Ta’ Fuq wara li rapport reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti ddeskriva l-popolazzjoni ta’ dan il-pajjiż bħala wieħed li qed jgħix “f’ċirku vizzjuż ta’ depravazzjoni, korruzzjonu u ripressjoni”.
Kim Hyok Choi u uffiċċjali oħra inqatlu wara li ġew akkużati li aġixxew ta’ spiji għall-Istati Uniti.
//= $special ?>