Illum hija l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti għall-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex.
Il-proċess tal-għadd tal-voti mistenni li jibda mis-2.30 ta’ wara nofsinhar ‘il quddiem. Il-ftuħ tal-kaxex se jsir fis-2 ta’ wara nofsinhar.
B’kollox fadal 23 lokalità differenti biex fl-aħħar mill-aħħar jifformaw l-kunsilli lokali ta’ kull lokalità bis-sindki u l-kunsilliera.
It-18-il lokalitajiet f’Malta li se jsiru l-għadd tal-voti llum huma:
- Is-Swieqi
- Ħ’Attard
- Ħal Qormi
- In-Naxxar
- Il-Mosta
- Il-Furjana
- Ħal Luqa
- L-Isla
- Il-Ħamrun
- Ħal Għargħur
- Il-Gżira
- Ħal Kirkop
- Is-Siġġiewi
- Santa Luċija
- L-Imtarfa
- Ix-Xgħajra
- Il-Birgu
- Ħal Safi
Minn naħa l-oħra, il-lokalitajiet li baqa’ biex isir l-għadd tal-voti ġewwa Għawdex huma:
- Il-Munxar
- Il-Qala
- Ta’ Kerċem
- Iż-Żebbuġ
- San Lawrenz
Għal darb’oħra se tkun qed tintuża s-sistema elettronika biex ikun hemm inqas ħela ta’ ħin f’dawn il-proċessi għall-elezzjonijiet.
//= $special ?>