Lokali Mużika

Luttu fid-dinja tax-xandir wara l-mewt ta’ Dj Terry

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Terry Farrugia; persuna sinonima mal-industrija tal-mużika u x-xandir, partikolarment mal-istazzjonijiet Bay u Vibe FM.

Terry Farrugia, li ħafna jiftakruh fuq diversi stazzjonijiet tar-radju, kien ilu għaddej b’battalja kontra l-marda tal-Leukaemia mill-2016.

Terry, li hu missier ta’ żewġt itfal, kien ħa l-ewwel trattament tal-kimoterapija għal dan il-marda kiefra sentejn u nofs ilu. Dan kien sar biex jitneħħa l-mudullun effettwat mill-marda.

Terry Farrugia għal xi żmien kien għeleb il-marda iżda wara sena l-marda reġgħet tfaċċat. Kien għalhekk li hu kellu jieħu trattament iktar aggressiv sabiex jikkumbatti l-marda u fl-2018 ingħta trattament ta’ kimoterapija u radjuterapija.

Dan l-aħħar kien sar tentattiv biex jinġabru fondi sabiex Terry jkun jista’ jieħu aktar kura speċjalizzata – iżda sfortunatament, dan l-impenn kien kollu għalxejn.