Ekonomija Lokali

Mill-ġdid defiċit fil-finanzi tal-Gvern

Żieda qawwija fid-dejn pubbliku

Ċifri uffiċjali maħruġa llum mill-NSO jikkonfermaw li f’April kompla jisplodi ‘l fuq l-iżbilanċ tal-Gvern, fejn ġie reġistrat €144 miljun defiċit fil-Fond Konsolidat.

L-akbar kontributur għal dan l-iżbilanċ huwa l-ammont kbir ta’ flus li marru lil entitajiet governattivi – kontribuzzjonijiet li żdiedu b’xejn anqas minn €26 miljun.

Fuq sena, l-ispiża tal-Gvern żdiedet b’16% meta wieħed jikkompara mal-istess perijodu tal-2018.

L-istess ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’April li għadda id-dejn tal-Gvern żdied b’€122 miljun.