Futbol

Imut eks plejer ta’ Seville u Arsenal wara inċident tat-traffiku

Il-klabb Spanjol ta’ Seville ħabbar il-mewt ta’
José Antonio Reyes, ta’ 35 sena, kawża ta’ inċident tat-traffiku.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-inċident seħħ ftit tas-sigħat ilu, bil-plejer imut ftit tal-ħin wara l-impatt.

Reyes kien għadu plejer attiv fil-futbol. Filfatt hu qatta’ l-istaġun li għadu kif intemm fis-Segunda Division ta’ Spanja ma’ Extremadura.