2 persuni għadhom mitlufa u 39 ġarbu ġrieħi wara tliet splużjonijiet f’impjant tat-TNT ġewwa Dzerzhinsk fiċ-ċentru tar-Russja. Intant il-Deputat Gvernatur tar-reġjun sostna li se titkompla t-tfittxija biex jinstabu l-persuni nieqsa.
L-ispluzzjonijiet ħallew impatt fuq numru ta’ bini fil-qrib. Rapport lokali fir-Russja infatti qalu li l-ispluzzjoni tant kienu qawwija li l-ħoss tagħhom instemgħu minn 15-il mil ‘il bogħod.
Il-Forzi ta’ emerġenza fir-reġjun qalu li madwar 300 persuna u 50 vettura kienu involuti fit-tindif wara din l-ispluzzjoni.
//= $special ?>