Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi fi Triq il-Kosta

Sewwieq ta’ mutur li għandu 20 sena u residenti l-Imsida weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:20 meta ż-żagħżugħ kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki iżda tilef il-kuntroll u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.