Tal-anqas 73 persuna ġew salvati filwaqt li tnejn oħra ttellgħu mejta mill-baħar wara li d-dgħajsa li kienu fuqha inqalbet ftit bogħod mill-kosta Libjana.
Id-dgħajsa kienet qed iġġorr 95 immigrant fi triqthom lejn l-Ewropa. Fost l-immigranti kien hemm minn tal-anqas disat itfal u għadd ta’ nisa.
Aġenzija tal-immigrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti qalet li d-dgħajsa għelbet ftit il-barra mill-kosta tar-raħal ta’ Garaboli, madwar 60 kilometru mill-kapitali Tripli.
Kelliem għall Gwardja tal-Kosta Libjana qal li żewġ peruni mejta kienu mara u tifel.
L-istess kelliem qal li fost it-73 li ġew salvati hemm tmint itfal u 25 mara. Dawn ittieħdu f’kamp għar-refuġjati fi Tripli. Hu qal li għad hemm bejn 5 u 25 immigrant nieqsa u t-tfittxija għalihom għadha għaddejja.
Il-Libja saret passaġġ komuni għall-immigranti mill-Afrika li jkunu qed jaħarbu lejn l-Ewropa.
Eluf ta’ nies tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jaqsmu l-ilmijiet, u ħafna oħra inżammu fil-Libja filwaqt li sofrew abbużi u saħansitra sfaw vittmi ta’ traffikanti tal-persuni.
//= $special ?>

