Erba’ persuni sofrew ġrieħi ħfief meta l-Cruiseliner MSC Opera baqa dieħel fil-moll ta’ Venezja wara li żviluppa ħsarat tekniċi.
Il-vapur ta’ 13-il sular baqa’ dieħel fil-moll tal-Belt taljana ta’ Venezja u ħabat ma’ vapur żgħir tat-turisti li kien marbut mal-moll fil-ħin tal-inċident.
Fil-filmat, il-vapur, li jesa’ mal-2500 passiġġier, jidher ma jistax jieqaf u jibqa’ jitkaxkar mall-ġenb tal-moll.
Fil-ħin tal-inċident, il-vapur kellu żewġ tug boats jgħinuh jidħol fil-port u li ppruvaw iwaqqfuh milli jkompli dieħel, imma ċ-ċima ta’ waħda mit-tug boats tqaċċtet waqt li kienet qed tirmunkah.
//= $special ?>