Għall-ħabta tas-sitta ta’ dalgħodu, ċiklist ta’ 65 sena minn Marsaskala kien involut f’inċident fi Triq l-Avjazzjoni, il-Gudja.
Għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa jidher li seħħ impatt bejn iċ-ċiklist u vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 51 residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

