Sport

GSSE 2019: Malta ttemm it-18-il edizzjoni b’27 midalja

It-18-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Montenegro se tkun qed twassal lejn pajjiżna 27 midalja li ntrebħu waqt ħamest ijiem ta’ logħob. B’kollox intrebħu sitt midalji tad-deheb li waslu mill-atletika u l-isparar, f’dik li kienet l-aktar ammont ta’ deheb mirbuħa minn Liechtenstein fl-2011.

Min rebaħ il-midalji ta’ Malta

Atletika

Deheb – Lisa Marie Bezzina (5,000 metru)

Deheb – Jordan Gusman (5,000 metru)

Deheb – Lisa Marie Bezzina (10,000 metru)

Deheb – Jordan Gusman (10,000 metru)

Fidda – Jordan Gusman (1,500 metru)

Fidda – Ian Paul Grech (Triple Jump)

Fidda – Claire Azzopardi (Triple Jump)

Bronż – Ian Paul Grech (Long Jump)

Bronż – Paula Grech (800 metru)

Bronż – Damien Mizzi (400 metru)

Għawm

Fidda – Harry Stacy (100 metru)

Fidda – 4×100 metru freestyle tal-irġiel

Fidda – Alexandra McGonigle (50 metru breaststroke)

Fidda – 4×200 metru freestyle tal-irġiel

Fidda – Andrew Chetcuti (50 metru butterfly)

Bronż – Mikhail Umnov (200 metru butterfly)

Bronż – Mya Azzopardi (200 metru medley)

Bronż – 4×100 metru freestyle tan-nisa

Bronż – Mikhail Umnov (100 metru butterfly)

Bronż – 4×200 metru freestyle tan-nisa

Judo

Fidda – Jeremy Saywell (-66kg individwali)

Sparar

Deheb – Eleanor Bezzina (10 metri Air Pistol)

Deheb – Gianluca Chetcuti (Double Trap)

Fidda – William Chetcuti (Trap)

Fidda – William Chetcuti (Double Trap)

Tennis

Fidda – Elaine Genovese u Francesca Curmi (doubles tan-nisa)

Bronż – Elaine Genovese (individwali tan-nisa)

Total 27 midalja

6 Deheb, 12 Fidda u 9 Bronż