Fl-1 ta’ Ġunju 2019, ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu, f’Ghawdex, fuq stedina tal-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, ġiet ikkonċelebrata quddies fl-okkażjoni tal-400 sena tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.
Il-banda tal-Korp tal-Pulizija flimkien ma’ Kor Malta animaw din il-quddies, li attendew għaliha l-Kummissarju Lawrence Cutajar u diversi uffiċjali għolja fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Wara din ċ-ċelebrazzjoni, l-Isqof Grech ippreżenta żewġ kwadri tal-Madonna ta’ Pinu sabiex jiġu mqiegħda ġewwa l-Kappella ddedikata lis-Salib Mqaddes fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija f’Malta u fil-Kappella ġewwa l-Ghassa tar-Rabat, Għawdex. Għal din il-quddies kienu mistiedna il-membri kollha tal-korp.
//= $special ?>