Lokali

Jinħeles minn akkużi ta’ traffikar

Darren Grech ta’ 32 sena miz-Zejtun instab mhux ħati li ttraffika jew prova jittraffika droga eroina għaxar snin ilu.

Grech kien qed jiġi mixli li lura fid-29 ta’ Dċembru tal-2009 ttraffika d-droga eroina u li kellu fuqu l-istess droga għall-użu personali tiegħu.

Skont ix-xhieda tal-ispetturi tal-Pulizija, f’Diċembru tal-2009 waqt ronda li kienu qed jagħmlu huma lemħu lil Grech jieqaf bil-karozza tiegħu hdejn karozza oħra fiż-Żejtun u meta nduna li kien hemm il-pulizija fil-viċin, hu rema pakkett bi trab suspettat bi droga eroina..

Jidher li l-Qorti rrilaxxat liż-żagħżugħ mill-akkużi minħabba nuqqas ta’ provi konsistenti u nuqqas ta’ analiżi kif suppost fuq is-sustanza li kellu fil-pussess tiegħu iż-żagħżugħ.

Għaldaqstant il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kkonkludiet li l-prosekuzzjoni naqset milli tressaq lix-xhud imsemmi mill-Pulizija u naqset ukoll li ġġib il-provi dwar il-kontenut tal-pakketti li nstabu fuq l-imputat.

.

Ghal Grech deher l-avukat Joe Giglio.