Baqgħu bla tweġiba mistoqsijijet mibgħuta lil Konrad Mizzi mil-ġurnal The Malta Independent dwar żjarat uffiċjali li għamel fuq xogħol suppost tal-Gvern. Żjarat li ma kienux imħabbra.
Iż-żjarat kienu kollha lejn Dubai, u saru f’Awwissu tal-2015 u fi Frar u f’Novembru tal-2016.
Il-Ministru tat-Turiżmu kien diġà mistoqsi dwar dawn iż-żjarat f’mistoqsijiiet parlamentari. Mistoqsijiet li wkoll baqgħu bla risposta.
Fil-Mistoqsijiet Parlamentari, Mizzi ġie mistoqsi dwar id-dati eżatti taż-żjarat, ir-raġunijiet wara dawn iż-żjarat, it-tul taż-żjarat, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali oħra tal-Gvern u jekk iva min kienu l-uffiċjali li marru miegħu, kif ukoll ġie mitlub jippreżenta lista tal-ispejjeż involuti.
Dawn iż-żjarat għandhom xamma suspettuża hekk kif il-Panama Papers kienu żvelaw li Mizzi kellu jmur Dubai biex jiftaħ kontijiet b’rabta mal-kumpaniji sigrieta fil-Panama. Xi ħaġa li ġiet ikkonfermata anke mill-FIAU f’pajjiżna.
Din hi l-ewwel darba li Mizzi ammetta li żar Dubai propju fl-istess żmien meta Karl Cini ta’ Nexia BT kien qed jitkellem ma’ Mossack Fonseca dwar il-ftuħ ta’ kumpaniji ġodda fil-Panama.
Il-Panama Papers jgħidu li Karl Cini kien informa lil Mossack Fonseca li hu ried jiftaħ kontijiet bankarji għal Konrad Mizzi u Keith Schembri b’rabta mal-kumpaniji offshore tagħhom.
Konrad Mizzi dejjem caħad li l-kont f’Dubaj kien marbut mal-kumpanija fil-Panama u tefagħħa fuq Nexia BT li donnhom fetħu dan il-kont f’ismu mingħajr il-kunsens tiegħu.
Sadanittant, mistoqsijiet marbuta ma’ dan, Mizzi qed jibqa’ ma jweġibhomx.
//= $special ?>