Lokali

‘Mhux intom ġejtu eletti’ – Joseph Muscat

‘Mhux intom ġejtu eletti iżda ġie elett il-Partit Laburista.’ Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirrizza attività politika fil-Belt Valletta.

Dan qalu b’kontradizzjoni għal dak li kien għadu kif qal ftit tal-mumenti qabel fejn saħaq li l-Kunsilli Lokali huma awtonomi u li l-Partit Laburista m’għandux jindaħlilhom f’xogħolhom.

Wara li għamel kampanja sħiħa jisħaq li kienet elezzjoni bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni biss, issa Muscat qed jgħid illi l-poplu m’għażilx lilu iżda lill-Partit Laburista bħala tim.

Jidher li għal darboħra fil-baġit li jmiss il-Gvern mhux se jkun qed jindirizza l-htieġa li jkun hemm miżuri li jgħinu lill-Maltin u l-Għawdxin biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja iżda minflok Muscat wiegħed biss li se jkun qed jagħti ġurnata leave iżjed.

Fid-diskors tiegħu li għamel fil-Belt Valletta, Muscat iddeċieda illi fl-ebda punt ma jindirizza r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa li fih hemm enfasi dwar is-saltna tad-dritt f’Malta fejn qed jingħad li din qed tkun imxekkla serjament minħabba fid-dgħufija estrema fis-sistema ta’ checks and balances.