- Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex isir investiment qawwi fis-Sovratindenza tal-Patrimonju Nazzjonali għaliex din hi aġenzija importantissima fil-konservazzjoni tal-wirt storiku.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina li qal li fin-naħa t’isfel ta’ Malta hemm ħafna wirt stroku li għadu mhux amgħruf fosthom il-katakombi, kappelli uf dlijiet arkeoloġiċi. Hu appella biex il-festi Maltin jingħataw l-għajnuna biex dawn ma jmutux mewta naturali. L-għotja ta’ €5,000 għall-modernizzar tal-kmamar tan-nar mhux biżżejjed għaliex fil-fatt il-festi Maltin jattiraw lejhom mijiet ta’ eluf ta’ turisti lejhom tul is-sena.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-Sovratendenza tal-Wirt Kulturali għandha rwol importanti fil-konservazzjoni tal-patrimonju Nazzjonali u appella biex jiżdiedu r-riżorsi umani u f’faċilitajiet u kwartieri ġodda flimkien ma’ apparat. Dan biex dawn ikolhom faċilitajiet aqwa u s-servizz jingħataw b’mod iktar effiċjenti u malajr. Jeħtieġ ikun hemm inizjattivi biex persuni jitħajru jersqu lejn dan is-settur li hu wieħed ta’ sfidi. Dan jista’ jsir bl-introduzzjoni ta’ warrants. Għandhom ikunu stabbiliti wkoll proċessi biex kulħadd involut fis-etturikun ajf x’għandu ajgħmel biex il-proċess jitħaffef. Jeħtieġ tissaħħaħ ukoll il-komunitajiet bejn is-Sovratindenza u l-monitors minħabba li dawn għadhom hux impjegati tal-istess Sovratindenza.
//= $special ?>