Internazzjonali

Donald Trump jasal fir-Renju Unit

Il-President Amerikan Donald Trump wasal fir-Renju Unit għal żjara ufficjali ta’ tliet ijiem – żjara li matula se jiltaqa’ mhux biss mal-Familja Rjali, iżda anke mal-Prim Ministru Theresa May, fl-ahhar jiem taghha fit-tmexxija.

L-ewwel impenn ta’ Trump se tkun laqgħa formali mar-Reġina u mal-Princep Charles. Wara nofsinhar imbgħad, hemm lista sħiħa ta’ impenji li se jattendi għalihom il-President Amerikan.

Il-bidla fil-klima, u l-iskandlu kbir tal-kumpanija Huawei, mistennija jkunu t-temi li jiddominaw din iż-żjara.

Illejla, ir-Regina Elizabbetta II se tospita ikla statali fil-Palazz ta’ Buckingham għall-President Amerikan u l-First Lady Melanie Trump.

F’dawn it-tliet ijiem, il-President President Trump se jirresjedi f’Winfield House, li hi r-residenza tal-ambaxxatur f’Regent’s Park.It-tifla ta’ Trump, Ivanka, waslet Londra jum qabel missierha.