Sport Sport Ieħor

FINA rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tat-Ten Pin Bowling

FINA rnexxielhom jirbħu l-kampjonat MAPFRE MSV Life tal-Ewwel Diviżjoni meta fl-aħħar ġurnata għelbu lil Turu’s Knights 8-0, filwaqt li okMalta.com rebħu biss sitt punti kontra Blexr.com, f’dak li kien kampjonat missielet.

It-tim rebbieħ kien magħmul minn Sue Abela, Justin Caruana Scicluna, Philip Gruppetta, Matthew Magro u Mark Muscat kellhom staġun mill-aqwa. Huma mhux biss kellhom il-plejers kollha tagħhom li spiċċaw b’medja ta’ aktar minn 200 pin, iżda kellhom ukoll l-aqwa medja kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel permezz ta’ Sue Abela u Justin Caruana Scicluna. Supersonic spiċċaw it-tielet għall-ewwel darba wara biss żewġ staġuni fl-Ewwel Diviżjoni

Klassifika finali tal-Ewwel Diviżjoni

FINA 120 punt, Okmalta.com 118-il punt, Supersonic 90 punt, Turu’s Knights 82 punt, XS Park Towers 66 punt, Royal Shock 62 punt, Blexr.com 64 punt, Strike Me Jabaal 50 punt, Supreme 42 punt, Mean Machine 16-il punt.