Parlament

Id-definizzjoni ta’ minuri fil-liġi għandha tinkludi t-tarbija fil-ġuf

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech ddikjara li l-Oppożizzjoni qed tinsisti li fid-definizzjoni ta’ minuri fil-liġi tkun inkluża t-tarbija fil-ġuf. Dan biex il-protezzjoni li l-liġi se tkun qed tagħti, tkun estiża wkoll għat-tarbija fil-ġuf. Dan jista’ jkun sinjal b’saħħtu ħafna li l-parlament jikkunsidra li tarbija fil-ġuf hi persuna li jixiriqilha l-protezzjoni.

F’diskors fil-parlament Claudio Grech tkellem dwr l-importanza li dan il-qasam ikun strutturat u regolat u spjega kif l-Awtorità kompliet tevoli; u tista’ tevolvi aktar f’qsasm sensittiv u importanti ħafna. L-Awtorità bniet l-identità tagħha u dan is-settur ebda jopera.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ kif iddaħħlet il-liġi li daħħal Gvern Nazzjonalista kellha l-abbiltà li tilħaq il-bilanċ etiku bejn ix-xewqa ta’ ġenituri prospettivi u l-element etiku ta’ kif l-embrijun ikun trattat għaliex dan hu l-bidu tal-ħajja umana. Dik il-liġi tibqa’ mudell li kienet kapaċi tilħaq lil mijiet ta’ koppji Maltin biex huma kellhom it-tfal.

Hu kompla li kien hemm 20% inqas ta’ IVF meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u sostna li din il-liġi tat ir-riżultati mixtieqa u żammet il-bilanċ meħtieġ. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-liġi l għadda gvern Laburita kienet waħda li fiha ma kinitx ikkunsidrata s-soċjetà ċivili u dak li riedet tgħid l-Oppożizzjoni.

Il-punt ewlieni li jrid ikkunsidrat hu li kull persuna għandha dritt għall-ħajja u fejn tibqa l-ħajja. Il-PN dejjem emmen li l-ħajja tibda mal-konċepiment u li għalhekk it-tarbija fil-ġuf għandha d-drittijiet tagħha.

Dan hu dritt li jmur lil hinn mid-dritt tal-ħajja b’mod partikolari meta d-dritt tal-ħajja hu d-dritt tal-aktar kategoriji ta’ persuni li huma vulnerabbli. Hu ttamat li fil-parlament hawn qbil li d-dritt għall-ħajja hu l-iprem dritt għall-ħajja, sostna Claudio Grech, li kompla li dan hu dritt fundamentali tal-bniedem.

Hu tkellem dwar id-drittijiet tat-tfal li huma stabbiliti fil-Konvenzjonijiet tan-NU li kienet ratifikata fid-disgħinijiet. Mhux biss l-Oppożizzjoni kienet kompatta kontra l-liġi li daħħal il-Gvern Laburista iżda kien hemm is-soċjetà ċivili u anki persuni ta’ awtorità fis-soċjetà. Il-pajjiż qatt ma kellu liġi li ħolqot daqshekk diviżjoni fis-soċjetà ċivili, sostna Claudio Grech, li qal li anki l-President Emeritus Marie Lousie Cileiro Preca kienet espremiet it-tħassib tagħha dwar din il-liġi. Anki l-President attwali George Vella kien ikkritika b’mod ħarax ħafna din il-liġi fil-kuntest tad-dinjità tal-bniedem.

Claudio Grech qal li hemm elementi oħra li rridu naraw li jitħaddmu tajjeb u l-gvern għandu opportunità unika biex juri l-intenzjonijiet tiegħu biex juri l-intenzjonijiet tiegħu dwar il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Oppożizzjoni ħadmet ħafna mal-gvern u pproponiet diversi proposti għal din il-liġi fosthom li fid-definizzjoni ta’ minuri fil-liġi jkun inkluż it-tarbija fil-ġuf. Dan biex il-protezzjoni li l-liġi se tkun qed tagħti tkun estiża wkoll għat-tarbija fil-ġuf. Dan jista’ jkun sinjal b’saħħtu ħafna l l-parlament jikkunsidra li tarbija fil-ġuf hi persuna li jixiriqilha l-protezzjoni. Dan il-parlament diġa neħħa l-protezzjoni tat-tabrija fil-ġuf meta neħħa d-definizzjoni ta’ min hu protett mill-vjolenza domestka. Xi ħsara kienet se ssir billi t-tarbija fil-ġuf tkun protetta mill-vjolenza domestika? staqsa Claudio Grech, li kompla li issa l-Gvern għandu l-opportunità biex din il-liġi tkopri lill-minuri b’mod ġenerali.

Claudio Grech qal li d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf għandha ddur madwar il-punt li l-parlament jaġġusta l-liġi biex din il-protezzjoni tissaħħaħ. Jeħtieġ li jissaħħu s-servizzi soċjali li jingħataw lill-ommijiet prospettivi li jkunu tqal u li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli li jistgħu jikkuntemplaw l-abort biex dawn ikollhom is-servizzi estiżi biex dawn jgħaddu mid-diffikultajiet li jkunu għaddejjin minnhom. Dan bl-iskop li t-tqala tieħu l-perjodu tagħha u ma tkunx preġudikata l-ħajja tat-tarbija.

Hu appella lill-gvern biex il-gvern jiftaħ ikar il-bibien b’servizz għall-persuni li qed jgħaddu mill-IVF. Wasal ukoll iż-żmien li fil-parlament jerġa’ jkun hemm kumitat parlamentari dwar it-tħaddim tal-bio-etika.