- Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar espriema sodisfazzjon li l-Gvern aċċetta l-proposta tal-Oppożizzjoni li jiddaħħal il-Community Policing.
Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-Ministru Michael Farrugia issa ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jibda proġett pilota tal-Community Policing; kunċett li jista’ jkun ta’ deterrent għall-kriminalità u biex ikun hemm iktar rispett lejn il-pulizija u lejn il-Gwardjani lokali.
Robert Cutajar qal li kienet l-Oppożizzjoni li pproponiet dan il-kunċett 14-il xahar ilu u mhux bejn sitta u disa’ xhur ilu kif allega l-Ministru Farrugia. Irid ikun rikonoxxut li kienet l-Oppożizzjoni li pproponiet dan il-kunċett; hekk għandha isir il-politika bil-gvern jilqa’ proposta importanti tal-Oppożizzjoni.
Fi stadju ta’ kumitat il-gvern naqas li jaċċetta dawn il-proposti fuq il-Community Policing biex issa se tkun il-lokalità tal-Mellieħa li fiha se jibda jsir il-proġett pilota ta’ Community Policing.
Roert Cutajar appella biex dan il-proġett ma jitwaqqfax u għandu jkun hemm ikar lokalitajiet li fihom isir dan il-proġett. Hu sellem lill-pulizija għall-ħidma li jagħtu fil-komunità u qal li għandu jkun hemm iktar preżenza ta’ pulizija fil-lokalitajiet partikolarment fejn hemm l-iskejjel, f’iktar ħinijiet u ħdejn l-attivitajiet sportivi.
Anki n-Neighbourhood Watch għandu jkun ikkunsidrat li jiddaħħal flimkien mal-Community Policing. Robert Cutajar appella biex It-Tourisim Police jerġa’ jiddaħħal għaliex hu essenzjali f’lokalitajiet fejn hemm konċentrazzjoni ta’ turisti.
//= $special ?>