Parlament

Il-problema tal-faqar laqtet sew lill-pajjiż

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-problema tal-faqar issa laqtet sew lill-pajjiż tant li hawn madwar 70,000 persuna li m’għandhomx riżorsi biex jgħixu.

Fl-Aġġornament Ivan Bartolo qal li dawk fil-faqar li jkollhom diffikultajiet u jispiċċaw imorru fil-media. Hu qal li hemm ġurnalisti li jkunu mwissija biex ma jesponux dawn it-tip ta’ stejjer u tkellem dwar il-faqar assolut u dak relattiv. Hu spjega li l-faqar jista’ jkun nuqqas ta’ dinjità, drittijiet, umiljazzjoni, sens ta’ faliment u nuqqas ta’ edukazzjoni u vuċi. Fl-UE hemm medja ta’ 80 miljun persuna f’Malta hawn madwar 70,000 li għixu fil-faqar.

Għal Malta dan hu numru kbir. Id-dħul medju hu tal-persuni fil-faqar hu ta’ €550 u dawn iċ-ċifri jpoġġu lil Malta qrib in-nofs fil-klassifika fost pajjiżi oħra.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-faqar hu mifrux fis-soċjetà fost katgeoriji differenti u sostna li din hi sfida li laqtet lill-pajjiż. Dawn il-persuni m’għandhomx post fejn jgħixu, huma morda b’diversi kundizzjonijiet, jgħixu fil-karozzi u jgħxu weħidhom. Din hi s-sitwazzjoni f’dan li hu suppost l-aqwa żmien.

Ivan Bartolo tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni li għandha impatt qawwi fuq ir-rata tal-faqar. In-nuqqas ta’ riżorsi jġib l-esklużjoni soċjali, sostna Ivan Bartolo li hemm problemi oħra fosthom nuqqas ta’ faċilitajiet u nuqqas ta’ solidarjetà. Dan flimkien max-xogħol prekarju, li llum żdied.

Hu qal li għandu jkun faċilitat l-integrazzjoni ta’ persuni vulnerabbli fis-suq tax-xogħol biex dawn jinaqqsu mid-dipendenza fuq is-servizzi soċjali. Hu appella biex is-servizzi soċjali jkuu riorganizzati biex titneħħa l-burorkazija u sostna li jeħtieġ li l-gvern ikun iktar sensittiv ma’ dawk fil-bżonn.