Il-Protezzjoni Ċivili ġiet ordnata tħallas €10,265 lil membru tas-CPD bħala kumpens għall-ġrieħi li ġarrab fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ lura fl-2012 meta Joseph Azzopardi, stazzjonat fl-istazzjon tax-Xemxija bħala uffiċjal tas-salvataġġ, ġie ordnat jaħsel vettura bil-powerwash sabiex jitneħħew iż-żjut u ż-żebgħa. Kien hawnhekk li l-vittma waqa’ minn sitt piedi għoli minn fuq il-vettura bil-konsegwenza li kellu jiġi operat tliet darbiet fi driegħu.
Kawża tal-inċident, ir-raġel ġarrab diżabilità permanenti ta’ 5% bil-konsegwenza li kellu jieqaf mix-xogħol tiegħu sabiex spiċċa jwettaq xogħol part-time fit-tibjid u l-kisi, kif ukoll f’ħanut tal-laħam.
Filwaqt li l-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, semgħet ix-xhieda, ġie konkluż li l-Protezzjoni Ċivili kienet taħti għall-inċident tal-ħaddiem.
//= $special ?>

