Il-VAR se tkun qed tintuża fil-fażi finali tal-UEFA Nations League din il-ġimgħa. Din se tkun l-ewwel darba li l-UEFA se tuża din is-sistema ta’ teknoloġija għall-kompetizzjoni tat-timijiet nazzjonali.
Minbarra f’diversi kampjonati, din it-teknoloġija ntużat fit-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra kif ukoll fil-fażi tan-knock-out tal-UEFA Champions League. Mill-istaġun li ġej, il-Premier League se juża wkoll din is-sistema li aktar ma jgħaddi ż-żmien saret indispensabbli.
Il-UEFA Nations League tkompli l-Erbgħa bl-ewwel semifinali bejn il-Portugall u l-Iżvizzera. It-tieni semifinali tintlagħab il-Ħamis bejn l-Ingilterra u l-Olanda. Il-logħba tat-tielet u r-raba’ post u l-finali jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa.
Bir-regoli eżistenti, il-VAR tissejjaħ waqt żbalji ċari u ovvji dwar erba’ sitwazzjonijiet li jibdlu l-logħba. Dawn huma l-gowls, identità żbaljata, karti ħomor u inċidenti fil-kaxxa.
//= $special ?>