Futbol Sport

Impenn l-Erbgħa għaż-żgħażagħ Maltin kontra l-Bożnija

(Ritratt: MFA)

L-Erbgħa t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jilgħab kontra l-Bożnija f’partita ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali, bil-logħba tibda fis-6.00pm. Id-dħul għal din il-logħba hu mingħajr ħlas. Din il-logħba se sservi wkoll biexi l-kowċ nazzjonali Silvio Vella jkompli jara aktar logħob ta’ dawn iż-żgħażagħ.

Hu ilu jaħdem ma’ dan it-tim għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat minn meta spiċċa l-kampjonat domestiku. It-tim ta’ taħt il-21 sena jibda l-impenji tiegħu fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew f’Settembru li ġej b’żewġ logħbiet barra minn Malta kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ukrajna.

Tmintax-il plejer mill-iskwadra ta’ 20 fl-iskwadra, kienu flimkien għall-kamp ta’ taħriġ fit-Turkija f’Marzu li għadda. Huma rebħu 2-1 kontra t-Turkmenistan u tilfu 1-0 kontra l-Kosovo, f’żewġ partiti ta’ ħbiberija. Mill-aħħar skwadra, ġew magħżula Ayrton Attard ta’ Birkirkara u Omar Elouni ta’ Sliema Wanderers li ħadu post l-imweġġa’ Marcus Grima u Paul Mbong rispettivament.

Skwadra magħżula

Gowlkipers: Timothy Aquilina (Sliema Wanderers), Andreas Vella (Mosta)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Connor Zammit (Hibernians), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta)

Midfielders: Myles Beerman (Gżira United), Gary Camilleri (Senglea Athletic), Neil Frendo (FK Beograd), Russell Fenech (Sirens), David Xuereb (Hibernians), Aidan Friggieri (St. Andrews), Jan Tanti (San Ġwann), Zachary Cassar (Senglea Athletic), Ayrton Attard (Birkirkara)

Attakkanti: Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Sliema Wanderers)